​Awdjo: “Il-PN favur in-nomina ta’ Coleiro-Preca” – Jason Azzopardi

Fil-programm “Newsbook” fuq RTK, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-opinjoni ġenerali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hija waħda favur in-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca għall-kariga ta’ President.

Filwaqt li awguralha mill-qalb għal din il-kariga, qal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qatt ma tista’ tiġġustifika l-aġir tal-Prim Ministru li injora l-kostituzzjoni u “għadda qisu romblu minn fuq kulħadd”.
Fil-programm ħadet sehem ukoll id-deputata Laburista Deborah Schembri li qalet li l-Prim Ministru għandu l-prerogattiva li jagħżel il-President u huwa hekk għamel.