​Awdjo: Il-gift receipt mhix dritt – L-Awtorità tal-Konsumatur

Id-Direttriċi għall-Informazzjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Konsumatur Odette Vella qalet li l-ħwienet għandhom id-dritt li jagħżlu huma, meta jiskadu l-gift receipts.
Ma’ Newsbook.com.mt, Vella qalet li meta konsumatur jingħata l-opportunità li jbiddel oġġett li mhuwiex difettuż, is-sid tal-ħanut ikun qed jagħti iktar mill-obbligu tiegħu. Fissret, li għaldaqstant, is-sid ikun jista’ jimponi l-kundizzjonijiet fuq ir-ritorn tal-prodott.
Vella qalet li huwa importanti li l-konsumatur ikun infurmat tajjeb b’dawn il-kundizzjonijiet.
X’jiġri jekk tinqabeż id-data tar-ritorn?
Skont id-Direttriċi tal-Awtorità tal-Konsumatur, legalment il-konsumatur ma jkollux protezzjoni jekk tinqabeż id-data tar-ritorn. Madanakollu, qalet li wieħed dejjem jista’ jipprova jkellem lil tal-ħanut u jipprova jilħaq ftehim.
Newsbook.com.mt irċieva diversi lmenti minn persuni li jħossu li ġimgħa waħda ċans biex jinbidel rigal mhux biżżejjed.