Awdjo: “Il-fotografija hi mezz biex insib lil Alla f’ħajti”

Forsi ħafna jqisu l-fotografija bħala għodda biex iżommu rekordju tal-passat, u li tħalli warajha tqanqil nostalġiku.
B’differenza, iż-żagħżugħ Franklin Balzan, ta’ 30 sena, iħares lejn il-fotografija bħala mezz biex isib lil Alla f’ħajtu.
Ma’ Newsbook.com.mt, Franklin stqarr li l-fotografija tgħinek tara dak li forsi fil-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum ma jkollniex ċans naraw. B’dan il-mod, Franklin tenna li jsib lil Alla fil-fotografija għax hi mezz li tlaqqgħek man-nies u mar-realtà, filwaqt li ġġibek konxju ta’ dak li kollu li ta’ spiss ma nindunawx bih.
Il-fotografu tenna li l-fotografija tiegħu tqarreb lejn l-astratt għax tipprova turi dak li ħafna drabi ma narawx. Barra minn hekk, tpinġi l-istorja tal-persuni fir-ritratt, li hu proġett li qed jaħdem fuqu bħalissa.
Filwaqt li stqarr li mhux qed jevanġelizza direttament, jemmen li ritratt b’messaġġ miegħu kapaċi jolqot persuna u ġġiegħlu jaħseb.
Wieħed jista' jidħol jara l-fotografija ta' Franklin Balzan hawn.