Awdjo: Il-finali tal-lejla ma tħallix lill-Juventini jagħlqu għajn m’għajn

Il-ġurnata tal-lum, ilha 12-il sena fil-ħolm tal-Juventini hekk kif illejla, l-hekk imsejħa La Vecchia Signora se tkun qed tissielet ma’ Barcellona, għat-tazza tal-UEFA Champions League. 
Apparti l-mijiet ta’ sapporters li llejla ftehmu li se jaraw il-logħba big screen, madwar 100 Malti rnexxielhom jaqtgħu biljett biex ikunu preżenti fl-istejdum ta’ Berlin. 
Wieħed minnhom hu Omar Busuttil, li flimkien ma’ 20 sapporter oħra mill-klabb ta’ Juventus Malta Club Cuore Bianconero, telgħu Berlin biex forsi wara 19-il sena, jerġgħu jarwa lill-benjamini tagħhom jerfgħu t-tazza. 
F’kumment li ta dalgħodu lil Newsbook.com.mt, Omar Busuttil, is-Segretarju Internazzjnali tal-klabb, qal li “għal kull Juventin, l-aspettattiva bdiet mil-lejl li għadda”. 
Bħal ma ġara lil sħabu, Omar qal ukoll li “ma rnexxielux jagħlaq għajn m’għajn”…iqum kull ħames minuti jħares lejn l-arloġġ u jgħid kemm fadal ħin sal-lejla. 
Għal-logħba tal-lejla, il-favoriti huma l-Barcelona, li rebħu erba’ darbiet din il-kompetizzjoni Ewropea (1991-1992, 2005-2006, 2008-2009 u 2010-2011).
Juventus, illejla se jkollhom jgħaddu mingħajr id-difensur Giorgio Chiellini minħabba li weġġa’ bit-tama li jgħollu t-tazza għat-tielet darba fl-istorja tal-klabb.