Awdjo: Il-finali tal-Għanja tal-Poplu tixxandar illejla

Gianluca u Dorothy Bezzina

Il-finali tal-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se jkun qed jixxandar illejla fuq TVM għall-ħabta ta’ 8.50pm. Is-serata se tkun ippreżentata mill-aħwa Gianluca u Dorothy Bezzina filwaqt li bħala mistieden se naraw lill-kantawtur Philip Vella, rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena l-oħra.

L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, il-libertà tal-kelma, u l-ħidma kontinwa favur il-kanzunetta Maltija bħalma kien igawdi sa mill-ewwel edizzjoni fl-1973. Dan il-festival jiġi organizzat b’mod professjonali mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, u huwa wkoll frott il-ħidma ta’ ħafna awturi u kompożituri li jemmnu fil-kanzunetta Maltija.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu illum huwa wirt kulturali tal-poplu tagħna u għalhekk tajjeb insostnuh biex jibqa’ jitgawda mill-pubbliku Malti, illum u fil-ġejjien.

Fl-edizzjoni tal-lejla se jkunu qed jipparteċipaw 16-il kanzunetta. Dawn huma:

  1. Ftakru – Charisse Ann Vassallo
  2. Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur – Charlene Mercieca Magro
  3. Il-Fqir – Catriona Brincat u Mario Debono
  4. Professuri – Rachel Lowell
  5. Minn Taħt l-Ilsien – Amber Grace
  6. Mobile – Natalie Naudi
  7. Missier, Aħfrilhom – Christabelle Scerri
  8. Normalità Ġdida – JAMM Band
  9. Jien u Int – Marilyn Aquilina
  10. Sant’Antnin – Rita Pace
  11. F’Dirgħajk – Jean Claude Vancell
  12. Sakemm Sibt Garaxx – Sarah Micallef Muscat
  13. Fittixtek – Ruth Portelli
  14. Mediterran – Amber-Marie Coleiro
  15. Anġli Żgħar – Kayley Cuschieri
  16. Il-Ħass u l-Basal – Kemmuna Airways

Isma’ l-kanzunetti kollha li se jkunu qed jipparteċipaw illejla:

L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejun mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Valletta Cultural Agency.