Awdjo: Il-bajda li mill-Kalkara spiċċat għand il-familja Rjali

Kienet sorpriża għal Claudia Catania meta ntalbet tagħmel biċċa xogħol tal-arti partikolari biex tingħata b’rigal lid-Duka ta’ Cambridge mis-Sindku tal-Kalkara.
Din kienet bajda tan-nagħma (ostrich) b’disinn fuq ġewwa tal-kanun li hemm ir-Rinella u li jirrapreżenta lill-Kalkara, lokalità li d-Duka kien se jżur f’Settembru li għadda.
Claudia titkellem dwar is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li x-xogħol li għamlet fi żmien tliet ġimgħat, spiċċa ssemma’ fil-ġurnali Ingliżi f’dawn il-jiem, hekk kif ippublikaw lista ta’ rigali li l-koppja Rjali Ingliża qalgħet is-sena li għaddiet.