Awdjo: Iktar korsijiet tal-kompjuter b’xejn

L-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni se tkun qed terġa’ toffri korsijiet b’xejn tal-kompjuter għal dawk li ma jafux jużaw l-internet.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Mark Schembri, l-Project Leader ta’ ENTER qal li dawn il-korsijiet qed isiru biex aktar nies ikunu jafu jużaw l-internet. Qal li dan il-kors se jħejji lill-istudenti biex ikunu jistgħu jaħdmu u jużaw il-kompjuter faċilment.
Il-proġett se joffri żewġ korsijiet differenti. L-ewwel wieħed hu kors bażiku għal dawk li ma jafux jużaw l-internet għall-użu personali filwaqt li t-tieni kors se jkun aktar avvanzat biex l-istudent ikun jista’ juża’ l-kompjuter waqt ix-xogħol.
L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 13 t’April.
Il-proġett ENTER ġie estiż permezz ta’ fondi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.