Awdjo: Ifakkru l-vittmi tal-MH17 b’ajruplan tax-xemgħa

Grupp ta' demostranti Ukreni fl-Awstrija organizzaw attività b'solidarjetà mal-passiġġieri li tilfu ħajjithom fit-titjira MH17 tal-Malaysia Airlines.
Id-demostrazzjoni saret fi Stephansplatz fiċ-ċentru ta' Vjenna bil-għan li jfakkru l-vittmi u b'hekk tiżdied il-kuxjenza dwar il-gwerra fl-Ukraina. Uħud mid-demostranti dehru jqassmu fuljetti b'informazzjoni dwar din it-traġedja.
F'kummenti li taw lil Newsbook.com.mt, uħud mid-demostranti spjegaw kif din il-gwerra m'għadhiex biss kwistjoni interna bejn żewġ pajjiżi, iżda saret att ta' terroriżmu internazzjonali.
Għal din id-demostrazzjoni pparteċipaw iktar minn 30 Ukren li jaħdmu u jgħixu fl-Awstrija.