​Awdjo: Id-damiġella Maltija ssib postha fuq il-mappa Ewropea

Id-damiġella Maltija jew inkella d-dragonfly ta’ Malta sabet ruħha fuq publikazzjoni ewlenija Ewropea dwar il-mazzarell. Kien Godwin Degabriele, lekċerer tal-bioloġija li ġie avviċinat mill-pubblikaturi sabiex jagħti l-kontribut tiegħu f’dan il-ktieb.
Ma’ Newsbook.com.mt, jispjega kif ingħata din l-opportunità li jikteb sezzjoni dwar l-ekoloġija Maltija fil-ktejjeb “Atlas” li ħareġ ix-xahar li għadda.
Isemmi kif minkejja li f’Malta ma tantx hawn sorsi ta’ ilma ġieri, li huwa l-abitat naturali tal-mazzarell, xorta waħda Malta tattira xi speċi ta’ mazzarell. Spjega kif in-nuqqas ta’ xita bħalma kellna s’issa f’din ix-xitwa, ma tantx jgħin.
Godwin Degabriele esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Malta u l-mazzarell tal-gżejjer Maltin sabu wkoll posthom f’publikazzjoni prestiġġjuża bħal din.