Awdjo: Iċċekkja li ċ-ċippa tal-kelb jew qattus għadha taħdem

Unsplash

Illum, 15 ta’ Awwissu, fost bosta affarijiet oħra, huwa ċ-Check the Chip Day, il-jum li għandna niżguraw li ċ-ċippa ta’ identifikazzjoni tal-kelb jew qattus tagħna għadha taħdem kif suppost.

Illum hija wkoll il-Lemon Merengue Pie Day, Jum ir-Rilassament kif ukoll il-Jum Internazzjonali li l-ħaddiema jmorru x-xogħol bir-rota…. għalkemm f’Malta ħafna nies ma jkunux xogħol illum.

X’festi jiġu ċċelebrati llum?

  • F’Malta, Santa Marija. L-isem proprju tal-festa hi s-Solennità tal-Verġni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema.
  • Fl-Italja, Ferragosto
  • Fl-Indja, fil-Korea t’Isfel u fil-Kongo: Jum l-Indipendenza
  • Il-Jum Nazzjonali ta’ Liechtenstein

Illum fl-istorja ta’ Malta

Fl-1942, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, kien daħal Malta l-aħħar vapur mill-konvoj magħruf bħala Operation Pedestal, u mill-Maltin bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija. Dan il-vapur kien it-tanker taż-żejt Amerikan Ohio, wieħed minn ħames vapuri mgħobbija u li tul il-vjaġġ irnexxielhom isalvaw mill-attakki mill-forzi Ġermaniżi u Taljani. Il-konvoj kien beda b’14-il vapur.

Illum fl-istorja tad-dinja

  • Fl-1309, il-Kavallieri ta’ San Ġwann jirbħu l-battalja ta’ Rodi, u b’hekk jistabbilixxu ruħhom fuq din il-gżira għal aktar minn mitejn sena, sakemm jitkeċċew mit-Torok fl-1522, telfa li waslet għal miġja tagħhom f’Malta.
  • Fl-1483, il-Papa Sestu r-Raba’ kkonsagra l-Kappella Sistina fil-Vatikan
  • Fl-1914, infetaħ uffiċjalment il-Kanal tal-Panama

Min jagħlaq sninu llum?

  • L-attriċi Jennifer Lawrence magħrufa għall-films tas-serje The Hunger Games
  • L-attur Ben Affleck
  • Il-futboler Ingliż Alex Oxlade Chamberlain
  • Il-Prinċipessa Anne tar-Renju Unit

Min miet bħal-lum?

Fl-1928 miet Walter E. Diemer, li fl-aħħar sena ta’ ħajtu, waqt li kien qed jaħdem għal kumpanija taċ-chewing gum Amerikana, ivvinta l-bubble gum.