Awdjo: Iċ-ċiklisti tal-LifeCycle jaqsmu l-ewwel fruntiera

Nhar is-Sibt li għaddha, grupp ta’ ċiklisti ħalla Malta lejn il-Belarus għall-isfida tal-LifeCycle.

Newsbook tkellem ma’ Vanessa Macdonald dwar dak li hu għaddej waqt din il-maratona. Hija spjegat l-atmosfera emozzjonanti li kien hemm fl-ajruport malli l-grupp inġabar biex qabad l-ajruplan lejn il-Belarus. Qalet li s'issa, kollox miexi mal-programm filwaqt li semmiet li llum stess, iċ-ċiklisti, qasmu l-ewwel fruntiera.

Intant tistgħu tagħtu donazzjoni tagħkom billi tidħlu fuq is-sit www.lifecyclechallenge.com.

Isma' il-kumment ta' Vanessa Macdonald billi tagħfas fuq l-awdjo.