Awdjo: Hold up f’bank; 5 ostaġġi: jinħoloq it-terminu Stockholm Syndrome

AFP

Bħal-lum fl-1973 kien seħħ hold up fuq bank fl-Iżvezja, fejn kriminal armat kien ħataf erba’ persuni bħala ostaġġi. Wara ħamest ijiem ta’ kriżi, il-persuni maħtufa bdew jissimpatizzaw mal-kriminal. Dan l-avveniment wassal għal ħolqien tat-terminu Stockholm Syndrome, fejn persuna ssib skużi għal imġiba ħażina ta’ persuna oħra, avolja tkun qed tikkawża skumdità jew tbatija.

X’ġara iktar fit-23 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

Fl-1810, kien inġieb Malta vapur tal-merkanzija Franċiż bl-isem ta’ Hercule, maqbud mill-flotta Ingliża waqt il-gwerer ta’ dak iż-żmien. Fuq il-vapur kien hemm ħu l-mexxej Franċiż Napuljun Bonaparte, Lucien.

Fl-2011, Muammar Gaddafi, il-mexxej Libjan, ħarab mill-kumpless presidenzjali tiegħu fi Tripli, wara li forzi tar-rivoluzzjoni rnexxielhom jidħlu u jaħtfuh taħt idejhom.  B’hekk it-tmexxija tiegħu li kienet ilha għaddejja ‘l fuq minn 40 sena, ġiet fi tmiemha ħesrem.

Illum il-festa ta’ Santa Roża ta’ Lima

Illum ukoll:

  • Il-Jum Internazzjonali tal-iskjavitù u t-tmiem tiegħu
  • Il-Jum Ewropew ta’ Tifkira għall-vittmi tan-Nazziżmu u l-Istaliniżmu
  • Jum is-Sandwich Kuban
  • Jum ir-Ranġis

Produzzjoni u Qari: Colin Fitz ta’ 103