Awdjo: Hemm bżonn ta’ bdil fil-kostituzzjoni – Michael Briguglio

L-Alternattiva Demokratika qed tisħaq li bl-ammont ta’ voti miksuba, għandha tkun rappreżentata fil-Parlament. F’ittra ta’ awguri li bgħatet lill-Prim Ministru Joseph Muscat, l-AD appellat biex iseħħ dan. Dan l-appell sab l-appoġġ tad-deputat laburista, Evarist Bartolo u ta’ Anthony Sammut minn naħa tal-Partit Nazzjonalista.
Meta tkellem ma’ RTKnews, iċ-Chairman tal-AD Michael Briguglio qal li hemm diversi affarijiet li jistgħu jsiru biex l-AD jkollha siġġu fil-Parlament.

Fost l-affarijiet li jistgħu jsiru, saħaq Michael Briguglio, huwa tibdil fil-kostituzzjoni.

Mistoqsi liema miż-żewġ partit qed jistenna li jieħu azzjoni, Dr Briguglio qal li ladarba l-Partit Laburista għandu maġġoranza komda, għandu jkun hu li jagħmel xi ħaġa.

Bħalissa ukoll, fuq Facebook għadejja petizzjoni. S’issa, mal-2000 ruħ iffirmaw dan il-petizzjoni.