Awdjo: Hemm bżonn monitoraġġ tal-flus tal-istudenti – KSU

Dwar ir-riforma l-ġdida tal-istipendji tal-istudenti, il-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Gayle Lynn Callus qal li “hemm bżonn sistema ta’ checks and balances biex il-flus jintefqu kif suppost.”  
Ir-riforma l-ġdid se tneħħi l-ismart cards u minflok l-istudenti se jibdew jirċievu l-flus direttament fil-kont bankarju tagħhom.
Ma’ Newsbook, Callus spjega kif filwaqt li l-KSU laqa’ din ir-riforma, wera t-tħassib tiegħu lejn in-nuqqas ta’ monitoraġġ ta’ kif se jintefqu l-flus mogħtija lill-istudenti.
Sostna li diġa teżisti sistema ta’ moniteraġġ fuq kif jintefqu flus mogħtija lit-tobba jew lill-għalliema, u għalhekk il-Gvern għandu japplika sistema simili fejn jidħlu l-flus tal-istudenti.
Qal li minħabba li r-riforma l-ġdida se tkun immexxija kollha kemm hi fuq l-internet, l-KSU se jkun qed iniedi kampanja informattiva ġdida sabiex jgħin l-istudent li jrid jirreġistra u japplika għal dawn il-flus.
Barra minn hekk, il-KSU ressqet ukoll is-suġġeriment li l-flus li se jkunu qed jiġu ffrankati mill-ismart cards, issa jistgħu jintużaw bħala fondi għar-riċerka fl-Università.