Awdjo: “Hemm bżonn li t-trasport pubbliku jkun aċċettat” – Ministru Mizzi

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi sostna li l-aktar punt kruċjali huwa li t-trasport pubbliku jkun aċċettat mill-pubbliku. Ladarba, l-pubbliku jħares lejn it-trasport pubbliku bħala mezz effiċjenti u jaċċetta li jista’ jinqeda bit-trasport pubbliku, jkun hemm qabża kbira fejn tidħol konġestjoni tat-traffiku u tniġġiż tal-arja.

Fl-okkażjoni tal-Car Free Day, il-Ministru tat-Trasport sostna ma’ Newsbook li l-Gvern se jinvesti biex is-servizz tat-trasport pubbliku jitjieb żgur. Joe Mizzi kompla jgħid li bhalissa anke qed ikunu diskussi inċentivi għal dawk li jużaw vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew bil-gass, hekk kif dawn inaqqsu t-tniġġiż fl-arja. Ta’ min jgħid li sas-sena 2020, f’Malta jrid ikun hawn 5,000 karozza li jaħdmu bl-elettriku.