Awdjo: “Ħatfilha seba’, kilhulha…mid-difer ‘l isfel” – missier tifla ta’ 3 snin

Missier ta’ tifla ta’ tliet snin irrakkonta ma’ Newsbook.com.mt kif dan l-aħħar mar f’park tal-annimali bit-tifla tiegħu u ħa l-ikbar qatgħa ta’ ħajtu.
Spjega kif meta daħlu fejn l-għasafar, kien hemm pappagall b’munqaru barra l-gaġġa. Qal li kien hemm wieħed beda jmisslu l-munqar, u bintu li kienet fuqu għamlet bħalu.
“Ħatfilha seba', kilhulha…mid-difer 'l isfel” spjega l-missier b'qalb maqsuma.
Qal li x’ħin ra t-tifla f’dik is-sitwazzjoni u bid-dmugħ iġelben ma' ħaddejha, saqajh iġġammjawlu, iżda mbagħad kellu jagħmel kuraġġ u flimkien mal-ħbieb tiegħu ħareġ ‘il barra mill-park.
Irrakkonta kif l-ewwel marru bit-tifla f’ċentru tas-saħħa, imbagħad minn hemmhekk issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei.
It-tobba qalulu li d-destin tas-saba’ tat-tifla huwa kaxxa magħluqa: hemm ċans jikber, ċans li ma jikbirx, jew inkella jikber bla difer.
Il-missier qed jappella għal aktar sigurtà f’dawn il-postijiet. Sostna li għandu jkun hemm xatba biex tnaqqas dan il-periklu b’mod partikolari fost it-tfal li jżuru dawn il-parks.

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.