Awdjo: Gonzi ma jaqbilx ma’ Muscat dwar l-immigranti

L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li ma jaqbilx mal-pożizzjoni li ħa l-Gvern fir-rigward tal-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu biex issalvaw in-nies mill-għarqa, fit-tweġibiet li ta lil Newsbook.com.mt. Huwa saħaq lid-dover huwa li persuni vulnerabbli jridu jiġu salvati. Huwa saħaq li l-kwistjoni mhix il-vapur, il-kaptan jew it-territorju, iżda hi dwar persuni vulnerabbli li kienu fil-periklu li jitilfu ħajjithom.

L-eks Prim Ministru wera l-preokkupazzjoni tiegħu dwar kif qed tizviluppa s-sitwazzjoni kemm f’Malta kif ukoll barra. Kif ukoll, dwar l-atteġjament negattiv li hemm speċjalment fil-konfront ta’ min qed jipprova jagħmel hiltu biex isalva l-ħajja.

L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien preżenti għall-velja li saret ilbieraħ bl-isem ta’ Ports of Hope biex tfakkar dawk kollha li tilfu ħajjithom waqt li qed ifittxu ħajja aħjar.