Awdjo: “Għax beda jkanta qallu li se jimmankah” – LSE

Bosta huma t-tfal li jiġu bbuljati fl-iskejjel, fost l-oħrajn minħabba li jkollhom karatteristiċi differenti mill-oħrajn.  
Learning Support Educator (LSE) li taħdem fi skola sekondarja rrakkuntat ma’ Newsbook.com.mt, kif darba student fil-klassi tagħha beda jkanta, u biex jintimidah, student ieħor qallu “ieqaf għax nimmankak”.
L-edukatriċi spjegat kif din hija waħda biss mill-ħafna każijiet li rat b’għajnejha kemm ilha taħdem bħala LSE.
Kompliet tgħid kif it-tfal jiġu bbuljati għal raġunijiet differenti. Semmiet kif ħafna drabi l-ibbuljar iseħħ jew għax ċertu tfal ikunu wisq kwieti jew minħabba l-piż tagħhom, u tfal oħra jispiċċaw jimmiraw ċertu kummenti xejn sbieħ lejhom.
Il-LSE kompliet tgħid kif studenti barranin ħafna drabi jkunu vittmi ta’ bbuljar minħabba l-aċċent li jitkellmu bih.
Għaldaqstant tgħid li l-ibbuljar li ħabbtet wiċċha miegħu s’issa kien wieħed verbali u mhux fiżiku.
Fil-jiem li għaddew, l-istess LSE qalet li kemm ilha f’dan l-irwol qatt m’għamlet użu mis-sistemi kontra l-ibbuljar li tkellem dwarhom il-Ministeru tal-Edukazzjoni.