Awdjo: Għaraftha l-kantanta li bħal-lum għamlet l-ewwel recording tagħha?

Bħal-lum fl-1955 Barbra Streisand għamlet l-ewwel recording mużikali professjonali tag]ha, fl-etá ta’ 13-il sena. Il-kanzunetta kien jisimha You’ll Never Know, li però nħarġet għall-ewwel darba fl-1991 bħala l-ewwel kanzunetta fil-box set ta’ erba’ cds, Just for the Record.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja, kif ukoll tista’ ssegwi l-filmat bl-ewel kanzunetta ta’ Streisand.

Bħal-lum fl-istorja jixxandar fuq l-istazzjon 103.