Awdjo: Għalik, jekk tħobb iċ-ċikkulata!

Bħal-lum fl-1839 kien twieled George Cadbury, Ingliż li ħa f’idejh il-fabbrika żgħira taċ-ċikkulata ta’ missieru, u bidilha f’kumpanija enormi mad-dinja kollha.

Bħal-lum ukoll, imma fl-1851, twieled William Lever, li vvinta s-sapuna tal-ħasil li nafuha llum, u li kunjomu għadu sal-lum parti mill-isem tal-korporazzjoni magħrufa għall-produzzjoni ta’ dawn it-tip ta’ prodotti Unilever.

Biex tkun taf aktar x’ġara fid-19 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija isma’ l-awdjo: