Awdjo: Għaliex illum jum importanti biex Malta daħlet fl-UE?

Malta cityscape - Maltese and EU flag fly outside the Auberge de Castille, Valletta, Malta - Matthew Mirabelli

Bħal-lum fl-1998, wara elezzjoni li wasslet għal bidla fil-Gvern, reġgħet ġiet attivata l-applikazzjoni ta’ Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din l-applikazzjoni kienet saret fl-1990 u ġiet iffriżata fl-1996 meta tela’ Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Dr Alfred Sant bħala Prim Ministru.

Fl-1993,  kien ixxandar l-ewwel episodju tas-serje The X-Files fl-Amerika, serje li ddominat is-snin 90 u li għamlet liż-żewg protagonisti tagħha, David Duchovny u Gillian Anderson stilel kbar.

Illum:

  • Il-festa ta’ San Ġiljan
  • Il-festa ta’ San Nikola ta’ Tolentino
  • Il-Jum Nazzjonali ta’ Ġibiltà
  • Illum huwa wkoll il-jum iddedikat lit-TV Dinners – il-pakketti tal-ikel iffriżat, li meta ssaħħnu fil-microwave joffrulek ikla lesta u komda, li hi perfetta biex tittiekel quddiem it-televiżjoni filgħaxija wara ġurnata xogħol.

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz