Filmat: Għalfejn arrestaw lil Martina f’Fattigi?

Tkompli llejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm is-sensiela Fattigi bil-11-il puntata mit-tieni staġun.

Catherine

Illejla Catherine fl-aħħar issir taf min qed iċemplilha. Imma xi jrid?

Martina tispiċċa arrestata, imma xi provi għandhom? Sabu xi ħaġa ġdida?

Mandy u Mark jiddiskutu l-futur taghhom, hekk kif issa se jkunu ġenituri.

Francis u Bertu joħorġu fuq it-tieni date tagħhom; din se tkun ftit aħjar minn ta’ qabilhla.

Crystal iżżur lil Jonathan u Maryanne. X’se jiġri meta tmur hemm?

Dawn huma siltiet mill-puntata tal-lejla:

U dawn huma siltiet mill-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Fattigi għandha produzzjoni ta’ Watermelon Media.