Awdjo: Għada kulħadd bil-blu… anki Ira Losco

Għada s-6 ta’ Ottubru hu Blue Shirt Day u għalhekk kulħadd hu mħeġġeġ jilbes xi ħaġa blu.
Din il-ġurnata qed tiġi mfakkra kull l-ewwel Tnejn ta’ Ottubru u qed isservi bħala parti mill-kampanja biex titqajjem kuxjenza kontra l-bulllying.
Newsbook.com.mt tkellem mal-kantanta Ira Losco li hi wkoll se tieħu sehem f’din il-kampanja ta’ għarfien.
Ira tħeġġeġ lin-nies biex bħalha, għada jilbsu xi ħaġa blu.
Din mhux l-ewwel darba li Ira tkellmet kontra l-bullying u ħadet sehem f’kampanji simili.
Ira għamlet referenza għall-biża’ li wħud mit-tfal u anki l-ġenituri jgħaddu minnha meta terġa' tibda l-iskola.
Hi qalet li f’każijiet ta’ bullying, għandhom jingħataw għajnuna u sapport mhux biss lill-vittma iżda wkoll lil bully.