Awdjo: Ftakar f’dan meta tħallas il-kontijiet tad-dawl…

Kien bħal-lum fl-1888, li ġie vvintat il-meter tal-elettriku, minn ċertu Oliver B. Shallenberger li jinsab fir-reġistru Amerikan tal-invenzjonijiet. Meta tħallas il-kont tad-dawl, ftakar fih!

X’ġara aktar fl-14 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

F’Malta

Fl-1657 kien miet is-57 Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, it-Taljan Giovanni Paolo Lascaris, fl-età ta’ 97 sena.

Madwar id-dinja

Fl-1945 l-Imperatur Ġappuniż iddikjara li se jċedi l-armi u ordna t-truppi tiegħu biex ma jkomplux jirreżistu l-forzi tal-alleati, biex b’hekk taw bidu għat-tmiem uffiċjali tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Fl-1999, Ronan Keating kien fil-quċċata tal-klassifika Ingliża, bil-kanzunetta When you say nothing at all – l-ewwel diska li ħareġ bħala solista wara li sfaxxa l-grupp Boyzone, li kien fih.

Fl-2018 pont fil-belt Taljana ta’ Genoa ġġarraf waqt maltempata qawwija u ħasad il-ħajja ta’ 35 persuna.

Illum ukoll: 

Jum San Massimiljanu Kolbe

Jum l-Indipendenza tal-Pakistan

Jum is-Sigurtà Soċjali

Il-Jum Dinji tal-Kalligrafija

Il-Jum għat-Tneħħija tat-Tattoos

Min twieled bħal-lum?

Giuseppe Calì, l-artist magħruf għall-pitturi reliġjużi tiegħu f’diversi knejjes, kif ukoll għall-famuża pittura tal-Mewt ta’ Dragut.

Frank Psaila, il-kandidat Nazzjonalista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019.