Awdjo: Fly-over Kappara – Ir-residenti jikkummentaw

Wara li lbieraħ ġie approvat mill-MEPA, il-permess għall-proġett tal-‘fly-over’ tal-Kappara, Newsbook.com.mt ħa l-kummenti ta’ diversi residenti. 

Uħud mir-residenti jaqblu mal-‘fly-over’, filwaqt li oħrajn huma xettiċi jekk il-proġett jilħaqx l-għanijiet tiegħu.

Bosta residenti tal-Kappara li kkuntattja Newsbook.com.mt għażlu li ma jikkumentawx.

Dan għall-kuntrarju tas-snin ta’ qabel meta l-proġett kien għadu qed jiġi diskuss u saħansitra r-residenti kienu organizzaw kumitat kontra l-'fly-over'.

Resident spjega kif qabel l-elezzjoni r-residenti ffirmaw petizzjoni, iżda għadhom fl-għama jekk ingħatatx widen. 

Ix-xogħol fuq il-proġett għandu jieħu madwar sena u nofs.

It-tender biex jibda x-xogħol se joħroġ madwar xahrejn oħra.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.