Awdjo: “Flat ilu ma jitnaddaf żmien…tas-sanità jgħidu li m’hemmx ħmieġ”

Residenti fi blokk ta’ flats li jinsabu fi Triq il-Perit Dom Mintoff, magħrufa bħala Triq Kordin, f'Raħal Ġdid ilmenta ma’ Newsbook.com.mt li fil-blokka hemm flat li ilu ma jitnaddaf żmien.
B’kawża t’hekk spjega li kif juru ċ-ċertifikati tat-tobba, it-tfal tiegħu ta’ tmien xhur, ġew infettati minn gdim tan-nemus.
Spjega li diġà saru ħames rapporti lid-Dipartiment tad-dar u rapporti oħra lis-sanità.
Qal li s-sanità qalulhom li dak li hemm mhux ħmieġ.
Huwa spjega li l-persuna li tgħix f’dan il-flat għandha l-annimali u qal li l-post fih riħa insaportabbli, bil-gallariji qatt ma tnaddfu.
Spjega li din il-persuna kienet diġà tkeċċiet minn post ieħor f’Santa Luċija fuq l-istess problema ta’ ħmieġ.
Tenna li ma jridux li jkeċċuha ’l barra imma jridu li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitnaddaf il-flat.