Awdjo: “Fil-poeżija hemm jien kollni kemm jien” – Ġorġ Peresso

Għal għeluq il-81 sena tiegħu waqt il-breakfast show tal-istazzjon 103 Malta’s Heart Jesmond Saliba għamel kuntatt ma’ Ġorġ Peresso li tkellem fuq il-karriera tiegħu bħala kittieb.

Peresso stqarr li jogħġbu t-titlu ta’ poeta għax jemmen li dan ir-rwol jiġbor fih il-kittieb, l-awtur, il-bniedem, il-folosofija li għandu fil-kitba tiegħu… fuq kollox il-poeta jiġbor l-identità tiegħu.

“Fil-poeżija hemm jien kollni kemm jien,” ikkummenta hu waqt li qal li wkoll għal għeluq sninu llum kiteb ukoll poeżija li huwa tella’ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Peresso tkellem kif mill-ewwel kitba tiegħu fl-età ta’ 14-il sena sal-kitba tiegħu dalgħodu f’għeluq il-81 sena tiegħu, dejjem jara żvilupp.

Ġorġ Peresso fuq is-sett tas-sensiela Teledrammi – Nostalġija u Tifkiriet

Iżda x’wieġeb Ġorġ Peresso meta ġie mistoqsi jekk jippreferiex il-palk, it-televiżjoni u r-radju?

Isma’ l-awdjo f’din il-paġna biex tisma’ l-konversazzjoni ma’ Ġorġ Peresso.