Awdjo: Fejn kont fl-attakki tal-11/9?

Image by Monica Volpin from Pixabay

Bħal-lum fl-2001, 18-il sena ilu, kienu seħħew erba’ attakki fl-Istati Uniti, fejn terroristi ta’ twemmin estrem Iżlamiku, ħatfu erba’ ajruplani tal-passiġġieri bil-għan li jattakkaw diversi ikoni tal-pajjiż. Żewġ ajruplani taru għal ġot-torrijiet tal-World Trade Centre fi New York, wieħed għal ġol-Pentagon f’Washington DC u l-ieħor ikkraxxja wara li l-passiġġieri ppruvaw iwaqqfu lit-terroristi abbord. Fl-attakki kienu mietu kważi 3,000 persuna.

Int fejn kont meta seħħ dan l-attakk terroristiku? Ibgħatilna fuq Facebook

Fl-1565, l-aħħar suldati Torok salpaw minn Malta fuq ix-xwieni tagħhom, wara li qatgħu qalbhom li l-assedju fuq Malta kien se jispiċċa f’rebħa għalihom.

Fl-1800, il-Ġeneral Ingliż Alexander Ball, ħabbar ix-xoljiment tal-Battaljuni tal-Kungress Nazzjonali, il-grupp organizzat ta’ ġellieda Maltin li kienu għamlu rewwixta kontra l-ħakma Franċiża, tul is-sentejn ta’ qabel. Kien hemm disa’ battaljuni ta’ ġellieda msemmija għad-disa’ rħula Maltin.