Awdjo: F’Ruma kont irrappreżentat minn marti – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għall-kanonizzazjoni taż-żewġ Papiet fil-Vatikan, il-Gvern Malti kien irrappreżentat mill-iSpeaker u mill-mara tal-Prim Ministru.
Dr Muscat kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar għalfejn ma kienx preżenti f’Ruma il-bieraħ filgħodu. Huwa tkellem wara l-inawgurazzjoni ta' fergħa ġdida tal-Banif Bank fil-Mosta.
Madankollu, il-PM ma tax raġuni għalfejn hu personali ma kienx preżenti.
Huwa qal li Michelle Muscat kienet fil-pożizzjoni tagħha ta’ mart il-Prim Ministru, kif ġara f’numru t’okkażjonijiet oħra, anka f’pajjiżi oħra.
Il-Prim Ministru temm jgħid li l-Oppożizzjoni kienet preżenti wkoll.
Qal li għalhekk m’hemmx bżonn tinħoloq kontroversja dwar hekk.  
Preżenti għall-kanonizzazzjoni kien hemm ukoll l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u Catherine Gonzi li kienu Ruma fuq żjara privata.