Awdjo: F’Novembru n-nisa Maltin jistgħu ‘jkabbru’ l-mustaċċi

Fl-ewwel ta’ Novembru anke n-nisa se jkunu jistgħu jkabbru l-mustaċċi, biex jgħinnu lill-irġiel iqajmu kuxjenza dwar il-kanċer tal-prostata, il-kanċer fit-testikoli u anke d-dipressjoni.
L-attività kienet ix-xewqa ta’ Jacob Cachia, magħruf aħjar bħala t-Titanium Man, u bl-għajnuna tal-ħabib tiegħu Ian Cochrane minn The Mr Bro Malta u Surivors Malta, ix-xewqa se ssir realtà.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Jacob li ħeġġeġ lill-irġiel kollha biex ikabbru l-leħja u fl-ewwel ta’ Novembru jingħaqdu ma' rġiel oħra billi jqaxxru l-leħja u jħallu biss il-mustaċċi.
Iżda Jacob mhux se jħalli lin-nisa jħarsu, għax għal min irid, se jkun hemm Celine Sciberras, artista tal-make up,  li se tpinġilhom mustaċċi.
It-Titanium Man spjega li dan mhux qed isir għal flus, iżda biex titqajjem kuxjenza ħalli l-irġiel jitkellmu dwar il-kanċer fil-prostata, il-kanċer fit-testikoli u d-dipressjoni fost oħrajn, ħalli jikber aktar l-għarfien u aktar irġiel ifittxu l-għajnuna.
Dawn kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività, fl-ewwel ta' Novembru wara d-disgħa, għandhom imorru għand Antonio’s Barber Shop Ħal Balzan, biex b’xejn l-irġiel iqaxxru l-leħja, u n-nisa ‘jkabbru’ l-mustaċċi. L-attività se ssir 
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li anke d-Deputat Godfrey Farrugia se jkun qed jieħu sehem fl-attività.
Jacob stieden lil kulħadd biex jissieħeb fil-grupp fuq Facebook The Mr Bro Maltabiex ikun jista' jipparteċipa. Kull minn jattendi se jingħata flokk ta’ tifkira.