Awdjo: “€16-il miljun f’kampanja huma ħela ta’ flus” – David Casa

Wara li l-Parlament Ewropew żvela li l-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fit-28 pajjiż membru se tiġi tiswa €16-il miljun, l-Ewro-Parlamentari David Casa sostna ma’ Newsbook li din is-somma hi ħela ta’ flus u dan meta hawn ħafna faqar u anke qgħad fost iż-żgħażagħ..

Intervistat minn Newsbook, l-Ewro-Parlamentari Nazzjonalista sostna li hemm bżonn baġit għall-kampanja elettorali, iżda żgur mhux daqstant għoli. David Casa sostna li n-nies joħorġu jivvutaw jekk il-Parlament Ewropew jibqa’ jieħu deċizzjonijiet li jinteressaw lill-familji.