Awdjo: Dr Simon Busuttil isaqsi minn fejn ġejjin il-flus tal-kampanja tal-PL

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Simon Busuttil qal li s-self mogħti mill-kuntrattur Żaren Vassallo, ma joħloqx obbligi politiċi biex jingħata tenders tal-gvern.

Hu qal li bl-ammont ta’ billboards tal-Partit Laburista li hawn fit-triq, ma jistax ikun li dawn ġew finanzjati mill-maratoni ta’ ġbir ta’ fondi biss.

Huwa sostna li Malta m’għandiex tagħmel kif għamlet Franza, li wara li għażlet Partit Laburista, kien hemm żieda fit-taxxi u fil-qgħad.

Dr Busuttil fakkar kif l-aħħar gvern Laburista tal-1996, kien daħħal aktar minn 30 taxxa, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas jew neħħa 25 taxxa differenti.

Ritratt: Daniel Balzan