Awdjo: Dr Eddie Fenech Adami jgħid li m’għamel xejn ħażin li tkellem waqt il-meeting tal-PN

Wara li għadda iktar minn xahar minn meta l-President Emeritu Dr Eddie Fenech Adami kien mistieden għall-aħħar mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Furjana qabel l-elezzjoni ġenerali, fejn dakinhar kien għamel ukoll diskors partiġġjan, Dr Fenech Adami dalgħodu qal li hu  jħoss li ma għamel xejn ħażin bilil attenda u pparteċipa.  

Dan għaliex fi kliemu,  is-sitwazzjoni tiegħu hi waħda partikolari minħabba li qatt qablu ma kien hemm President ta' Malta li kien ukoll Kap ta' Partit.

Waqt il-programm TVAM Dr Fenech Adami għamel ukoll referenza għad-diskors li kull President ta' Malta jaqra fil-Kabinett mal-bidu ta' leġiżlatura ġdida, b'referenza għall-qari tad-diskors kontroversjali tal-President attwali Dr George Abela.

Dr Fenech Adami qal li meta kien President hu, kien talab lil Gvern Nazzjonalista tal-2008 biex jirranġa xi partijiet mid-diskors għax ħass li ma kellux jaqrahom.

Mistoqsi dwar id-diskors li Gvern NAzzjonalista mmexxi minnu kien ta lil Pawlu Xuereb fl-1987, il-President Emeritu wieġeb li kieku jista' jirranġa dak id-diskors.  Dr Eddie Fenech Adami sostna li l-politika nbidlet u llum il-ġurnata m'għadx hawn ħafna nies akkaniti għall-politika.  

Madanakollu faħħar lill-poplu Malti talli f'kull elezzjoni joħroġ jivvota bi ħġaru, ħaġa li qal li ma tiġrix f'kull pajjiż.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.