Awdjo: Dr Alfred Sant jgħid li mhux ipokrita li jikkontesta fl-elezzjoni tal-MEP

Dr Alfred Sant qal li mhux ipokrita l-fatt li jikkontesta għal kariga ta’ Membru Parlamentari Ewropew. Saħaq li hu jemmen li għad għandu kontribut x’jagħti.

Waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm il-Qanpiena l-Oħra, ippreżentat minn Vanessa MacDonald, Dr Alfred Sant qal li l-politika mhix limitata għall-Parlament. Qal li hu telaq biex jagħti spazju lil politiċi żgħar biex huma ukoll jagħtu sehemhom fil-politika Maltija. Saħaq li kien hemm esperjenzi f’ħajtu li għallmuh biex ma jibqax deputat.

Mistoqsi dwar is-snin 1996 u l-1998, Dr Sant ipprefera li ma jweġibx. Tkellem ukoll dwar il-letteratura. Saħaq li jiddubita kemm hu kapaċi jkun tant kreattiv b’lingwi oħrajn. Interessanti li Dr Sant saħaq li jekk jikteb biografija, jieqaf sas-sena 1992.

Alfred Sant ċaħad li d-dħul tal-gvern fis-snin 1996 u l-1998 kien naqas. Saħaq li din l-informazzjoni m’hi xejn għajr propaganda tal-partit li kien fl-oppożizzjoni.