Awdjo: Diskussjonijiet dwar parkeġġi ġodda f’Mater Dei

Ix-xahar id-dieħel se jitħabbar proġett ta’ żewġ parkeġġi kbar fl-isptar Mater Dei.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa, Chris Fearne waqt il-programm Ma’ Bundy fuq RTK.
Fearne spjega li bħalissa għaddejjin id-diskuzzjonijiet mal-MEPA u li fi Frar se jħabbru l-pjanijiet li jinkludu l-finanzi allokati u ż-żmien li se jieħdu biex jibnew.
Fi Frar tas-sena l-oħra l-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei, Ivan Falzon, kien qal ma' Newsbook.com.mt.li l-ispazju għall-parkeġġ fiż-żona ta’ madwar l-isptar Mater Dei mistenni jitkabbar fil-futur qrib.
B'rabta mal-parkeġġ l-MUMN, f'Ottubru li għadda kienet infurmat lill-Gvern li lesta li torganizza protesta jekk jibqa’ ma jsir xejn dwar il-problema ta’ parkeġġ għall-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei.