Awdjo: Delia għandu jitlaq – Joseph Grech

Dr Joseph Grech, President tal-Moviment Żgħażagħ tal-PN (MŻPN), illum se jivvota biex Dr Adrian Delia jitlaq minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.

X’wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet u aktar li għamillu Fr Joe Borg waqt il-programm Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103, is-Sibt fid-9.00a.m.?

  1. Jekk tneħħu lil Delia se tirbħu l-elezzjoni li jmiss?
  2. Jekk Delia jirbaħ il-vot tibqa’ fil-PN?
  3. Ivan Bartolo qal li hu m’għandux problema b’Delia imma b’dawk ta’ madwaru, allura kif tridu tqaċċtu lil Delia? Jew tridu li jitlaq kulħadd?
  4. X’tgħid għall-akkuża li jekk jispiċċa Delia hemm il-baħħ? Min se jieħu postu? Louis Galea diġà qal li ma joqgħodx leader temporanju.
  5. Konxji li Delia għandu ħafna appoġġ u jekk jitlaq titilfu l-voti ta’ favurih?
  6. Huwa sewwa li qed tinqdew bis-sitwazzjoni familjari ta’ Delia u b’filmati editjati u saħansitra ftit jiem qabel il-votazzjoni ħriġtu stejjer dwar inkwiet bejnu u martu?
  7. Il-vot li se jsir illum tqisu bħala vot fier u ġust b’listi magħmula tajjeb, jew se tirrepeti l-allegazzjoni li hemm it-tbagħbis? Taċċettah ir-riżultat ikun xi jkun?
  8. Lawrence Gonzi tilef elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u ħadd ma talbu jirreżenja. Allura għala qed titolbu r-riżenja ta’ Delia?