Awdjo: Dak li qed nagħmlu hu għall-pazjenti tar-Renal Unit – ċiklist tal-Lifecycle

Hekk kif għada se tiġi fi tmiemha l-edizzjoni tal-Lifecycle Challenge ta’ din is-sena, Newsbook.com.mt  ħa l-kummenti taċ-ċiklista Robert Zammit, li qed jipparteċipa f’din il-maratona għal ħames sena.

Robert Zammit qal li issa t-temp jidher li kkalma wara li kellhom erbat ijiem bir-riħ li kien qed jagħmililhom aktar diffiċli.

Din l-isfida se tiġi fi tmiemha għada wara li ċ-ċiklisti Maltin jagħmlu 174 kilometru lejn San Pietruburgu fir-Russja.

Sadanittant tista' tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi billi tagħti donazzjoni fuq:  www.lifecyclechallenge.com.