Awdjo: Coleiro Preca ma tikkumentax fuq ir-riżenja ta’ Godfrey Farrugia

Newsbook.com.mt ipprova jieħu l-kummenti tal-Ministru Marie Louise Coleiro Preca wara r-riżenja mill-Kabinett tal-Ministru għas-Saħħa Godfrey Farrugia. 
Il-President nominat iżda ma riditx tikkummenta fuq id-deċiżjoni ta' Farrugia. Qalet li ma kinitx taf b'din ir-riżenja u ma kienx f'waqtu li tikkummenta. 
Fl-ittra li Godfrey Farrugia bagħat lill-Prim Ministru biex jagħrfu bir-riżenja stqarr li ma riedx li jieħu r-responsabbiltà tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali u l-Familja. 
Fil-preżent dan il-Ministeru huwa responsabbiltà tal-Ministru Coleiro Preca li l-ġimgħa d-dieħla se tirriżenja biex tinħatar uffiċjalment fil-kariga ta' President.