Awdjo: Bżonn żgħażagħ fit-tmexxija tal-PN – Mark Anthony Sammut

Mark Anthony Sammut qal li jixtieq jara aktar żgħażagħ fi rwoli ta’ tmexxija fil-PN.

Sammut, li sa Ġunju 2019 kien il-President tal-Eżekuttiv tal-PN, spejga li l-viżjoni tiegħu tmur lil hinn mill-MŻPN u Team Start. Spjega li dalwaqt se jkun hemm elezzjonijiet interni li se jkunu opportunità għall-partit biex jirriġenera ruħu.

Għal Sammut, idealment ikun hemm żgħażagħ fl-istrutturi kollha. Mistoqsi dwar il-Membri Parlamentari, Sammut qal li jispera li l-PN jimbotta aktar żgħażagħ biex jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Eskluda l-idea li għandu jsir xi tip ta’ co-option għalissa.

Sammut qal li jrid jara żgħażagħ fi rwoli ta’ tmexxija, però ma speċifikax f’liema karigi minħabba li se jkun hemm strutturi ġodda.

"Mhux għada imma illum"Wasal iż-żmien li ġenerazzjoni żagħżugħa, ġdida u friska, tieħu f'idha l-Partit Nazzjonalista u…

Posted by Mark Anthony Sammut on Monday, January 20, 2020