Awdjo: Bżonn ta’ ħwejjeġ tal-irġiel, mowbajls u kards tat-telefown

It-traġedja ta’ nhar il-Ġimgħa li għaddiet, meta waslu Malta aktar minn 100 immigrant mis-Sirja wara li salvaw mill-għarqa, ġabet magħha sejħa għall-għajnuna.

Bħalissa, fil-Villaġġ tat-Tined f’Ħal Far qed issir ġabra ta’ ħwejjeġ tal-irġiel, ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u tal-irġiel, mowbajls li m’għadhomx jintużaw imma jaħdmu u anke kards biex iċċempel bihom.

Joanne Muscat, li qed tieħu ħsieb din il-ġabra, qalet li bħalissa qiegħdin madwar sitt persuni li qed jaħdmu b’mod volontarju, qed jagħżlu l-ħwejjeġ u l-affarijiet kollha biex jingħataw lill-immigranti li waslu u anke l-oħrajn li qiegħdin fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u miftuħa.

Kull min jista’ jgħin hu mħeġġeġ imur fil-Villaġġ tat-Tined f’Ħal Far jew iċempel lill-aġenzija tar-refuġjati AWAS fuq in-numru 2568 7239.