Awdjo: “Bżonn li adulti li jaħdmu mat-tfal joffru ambjent sigur”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Lisa Maria qal li  jrid jiġi assigurat li meta adult jiġi magħżul biex jaħdem mat-tfal, l-ambjent li joffri lit-tfal ikun wieħed sigur.
Ma’ Newsbook.com.mt, Tonio Pace qal li biex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-fondazzjoni li se titnieda uffiċjalment fis-6 ta’ Ottubru li ġej, se tkun qed taħdem mal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet edukattivi.
Saħaq li b’ħidma konġunta minn grupp ta’ professjonisti fil-qasam edukattiv u dak tat-tfal, se jsiru r-riċerki meħtieġa biex prattiċi tajbin f’Malta u barra minn Malta jingħaqdu flimkien għal ġid tas-soċjeta’.
Il-ħsieb biex titwaqqaf din il-fondazzjoni biex tħares lit-tfal u liż-żgħażagħ, tqanqal mit-tiġrib tal-qraba ta’ Lisa Maria Zahra.
Il-fondazzjoni ‘Lisa Maria’ se titwaqqaf minn missierha Tony u neputih Winston J, flimkien ma’ għadd ta’ voluntiera.