Awdjo: Bl-ittra u mingħajr, ir-residenti ta’ Marsaxlokk xorta qed jibżgħu – Comodini Cachia

Mitluba tagħti r-reazzjoni tagħha dwar il-kumment li ta lil Newsbook.com.mt il-Viċi Sindku ta’ Marsaxlokk, Therese Comodini Cachia staqsiet jekk il-Kunsill Lokali qraħx is-Social Impact Assessment.

Qalet li jekk jaħseb li dan ir-rapport huwa fittizzju, Karmenu Bugeja għandu jmur jistaqsi lill-awtur ta’ dan l-impact assessment, li huwa ukoll inkarigat mill-Enemalta.
Rigward l-ittra anonima, Comodini Cachia qalet li minkejja li ma tafx min kiteb din l-ittra, qalet li meta tiltaqa’ man-nies minn Marsaxlokk u Birżebbuġa, in-nies qed titkellem b’ċertu ansjeta’ u biża’.