Awdjo: Bħal-lum Valletta ssorprendew lill-Juventus

Bħal-lum fl-2008 kien seħħ l-impossibli: tim Malti kien għeleb lil wieħed mill-aktar timijiet qawwija u important fid-dinja, għalkemm dan seħħ f’partita ta’ ħbiberija. Waqt li Juventus kienu f’Malta għal training camp, kienu lagħbu partita kontra t-tim ta’ Valletta FC meta dan it-tim kien għaddew minn wieħed mill-aqwa forom tiegħu.

Ir-rebbieħ tal-partita kien se jirċievi tazza jisimha, Betfair Cup, li kulħadd stenna li kienet se tispiċċa Turin. Però, l-Beltin issorprendew lill-Juventini bil-grinta tagħhom u l-partita spiċċat bi skor ta’ 1-1 anki wara l-extra time.

Ingħataw il-penalties, u grazzi għal save stupend ta’ Saviour Darmanin, il-Valletta kitbu paġna tad-deheb fl-istorja tal-klabb.

Valletta - Juventus 2008
Ritratt: vallettafc.net

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.

Dan it-tagħrif twassal illum waqt Today in History fuq 103 Malta’s Heart.