Awdjo: Bħal-lum Valletta FC lagħbu kontra Leeds

Bħal-lum fl-1979, Valletta FC kienu lagħbu partita tat-Tazza UEFA kontra Leeds United fl-Empire Stadium tal-Gżira.

Wara telfa bi skor ta’ 4-0 f’Malta l-ġimgħa ta’ qabel, it-tim tal-Belt tilef bi skor ta’ 3-0 kontra l-Ingliżi, li dak iż-żmien kienu qawwa Ewropea kbira, iżda l-partita tibqa’ tissemma’ għall-għeġubijiet li wettaq il-goalkeeper Belti Frankie Grima, li salva penalty u ammont inkredibbli ta’ xuttijiet f’partita totalment iddominata mil-Leeds.

19 ta’ Settembru 1979: Valletta – Leeds

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Dan it-tagħrif twassal waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.