Awdjo: Bħal-lum twieled Terence Hill

Bħal-lum fl-1939 twieled l-attur Terence Hill, li jismu proprju Mario Girotti. Huwa qed jiċċelebra għeluq il-81 sena tiegħu. Ħadem f’bosta films iżda l-aktar karattru popolari li huwa interpreta f’dawn l-aħħar snin kien dak ta’ Don Matteo fis-sensiela li ġġib l-istess isem.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Illum jagħlqu sninhom ukoll il-futbollers N’Golo Kante u Fabio Borini; l-atturi Lucy Lawless (Xena, Warrior Princess) u Marina Sirtis.

Tiċċelebra wkoll għeluq sninha l-mudella Elle McPherson kif ukoll il-komiku Eric Idle, u l-mużiċist Grieg Vangelis.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.