Awdjo: Bħal-lum twieled l-attur Joseph Calleia

Bħal-lum fl-1897 kien twieled fl-Imdina l-attur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleia, li emigra lejn l-Istati Uniti fl-1917 u għamel karriera fil-films ta’ Hollywood bejn l-1931 u l-1963. Calleia rtira f’Malta u miet hawnhekk f’Ottubru tal-1975.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.