Awdjo: Bħal-lum twieled Google u OK il Prezzo è Giusto

Bħal-lum, fl-1998, il-paġna għat-tiftix fuq l-internet, Google, twaqqfet minn żewġ studenti Amerikani, Larry Page u Sergey Brin.

Barra minn hekk,  fl-1971, kien ixxandar għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni Amerikan il-gameshow The Price is Right, programm li qabad sew u nxtered madwar id-dinja, inkluż l-Italja, fejn kien jissejjaħ Ok, il Prezzo e Giusto. Il-verżjoni Taljana kienet ippreżentata fost l-oħrajn minn Iva Zanicchi u Gigi Sabani.

 X’ġara iktar fl-4 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1976, il-BeeGees telgħu fil-quċċata tal-klassifika Amerikana, bid-diska You Should be dancing, il-kanzunetta li poġġiethom fit-triq, biex isiru leġġendi tad-diskoteka fit-tliet snin ta’ wara. Kienet ukoll l-ewwel diska li fiha Barry Gibb kanta bil-falsetto, xi ħaġa li baqgħet assoċjata mal-grupp minn dakinhar ‘il quddiem.
  • Fl-1969, kien ħareġ għall-wiri fl-Amerika, il-film Easy Rider.
  • Fl-1993, miet l-attur Herve Villechaize, l-attur nanu magħruf għall-film The Man With the Golden Gun u għas-serje Fantasy Land.
  • Fl-2000, kien ħareġ għall-wiri Coyote Ugly.