Awdjo: Bħal-lum twieled Dom Mintoff

Bħal-lum fl-1916 kien twieled f’Bormla l-Perit Dom Mintoff, kap tal-Partit Laburista bejn l-1949 u l-1984 u Prim Ministru bejn l-1955 u l-1958, u bejn l-1971 u l-1984.

Wieħed mill-aktar politiċi Maltin magħrufa ta’ kull żmien, inkluż barra minn pajjiżna, Mintoff baqa’ influwenti ħafna fix-xena lokali politika sal-bidu tas-Seklu 21.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.