Awdjo: Bħal-lum kien beda The A-Team

Bħal-lum fl-1983 kien ixxandar l-ewwel episodju tas-serje televiżiva Amerikana The A-Team, li malajr nxterdet madwar id-dinja u għamlet impatt kbir, inkluż hawn Malta.

Is-serje, li damet għadejja erba’ snin, għadha sal-lum tissemma’ għall-karattri simpatiċi bħal dawk interpretati minn Mr T u Dirk Benedict, li meta żar Malta bħala mistieden ta‘ konvenju dwar il-komiks li seħħ ftit tas-snin ilu, ma riedx jemmen lil għajnejh meta sab jistennieh fl-ajruport, vann replika eżatt ta‘ dak li kien jintuża fis-serje, proprjeta ta‘ dilettant Malti.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.