Awdjo: Bħal-lum twieldet Madre Tereża

Bħal-lum, fl-1910 kienet twieldet Madre Tereża ta’ Kalkutta, fil-Maċedonja ta’ Fuq. Isimha oriġinali kien Mary Teresa Bojaxiu.

X’ġara aktar fis-26 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

Fl-1883, kien żbroffa l-vulkan Krakatoa, viċin il-gżira ta’ Java fl-Indoneżja, fl-isplużjoni meqjusa bħala waħda mill-aktar vjolenti li qatt kien xhud għaliha l-bniedem.

Fl-1888, kien twieled il-Perit Gustavo Vincenti, disinjatur ta’ diversi binjiet fi stil art neaveau u art deco, kif ukoll il-blokk kbir fil-Belt Valletta, li hu msemmi għalih Vincenti Buildings.

Fl-1978 twieled il-Kardinal Taljan Albino Luciani, li ġie maħtur Papa bl-isem ta’ Ġwanni Pawlu I. Sfortunatament miet 33 jum wara.

Fl-1978, id-diska numru wieħed fl-Amerika kienet Grease